Avviżi – 4 ta’ Frar 2024

Nhar l-Erbgħa ssir il-Lectio Divina fis-6.45pm.

Nhar il-Ħamis issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.

Nhar is-Sibt 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tal-Appostlu Missierna San Pawl. Hija Festa kkmandata għalhekk il-quddies tal-Ġimgħa filgħaxija u tas-Sibt ikun bħal tal-Ħadd. Il-quddiesa tal-10am ma ssirx fil-Knisja Parrokkjali imma fil-Knisja ta’ San Pawl Milqi.

Dakinhar Heritage Malta sa torganizza żjara fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi wara l-quddiesa. Min jixtieq iżur dan il-post għandu jibbukkja minn qabel ma’ Heritage Malta stess.

Il-Kummissjoni Festa qed tbiegħ il-prinjolata bħala ġbir b’riżq il-Festa. Tista’ tordna fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa jew għand il-membri tal-Kummissjoni Festa.

Avviżi 31 ta’ Diċembru 2023

Fil-quddiesa tal-Ħadd 31 ta’ Diċembru fis-6.15pm jitkanta l-innu Te Deum bħala tifħir u ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet.

Nhar it-Tnejn 1 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa ta’ Sidtna Marija Omm Alla. Il-quddies ikun bħall-Ħadd (fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm). F’dan il-jum l-Insara għandhom l-obbigu li jieħdu sehem fil-quddiesa.

Il-ġbir fil-quddies tal-1 ta’ Jannar ikun għad-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar filgħodu sa ssir ħarġa għat-tfal tal-parroċċa. Dawk li jixtiequ jiġu għandhom iħallu isimhom fis-sagristija sa nhar it-Tlieta.

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Jannar niċċelebraw l-Epifanija tal-Mulej.

Avviżi – 17 ta’ Diċembru 2023

Kull nhar ta’ Ħadd matul l-avvent, wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir attività għat-tfal bi tħejjija għall-Milied. Il-ġenituri huma mistiedna jieħdu sehem ma’ uliedhom. Ikun hemm kafè u xi ħaġa tajba.

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir iċ-ċelebrazzjoni tal-għanjiet tal-Milied. Ngħixu mill-ġdid l-Istorja tas-Salvazzjoni permezz tal-għanjiet tradizzjonali tal-Milied u siltiet mill-Bibbja.

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru mument ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fl-Evanġelju permezz tal-Lectio Divina fis-6.45pm.

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-qrar fis-6.15pm

Nhar is-Sibt 23 ta’ Diċembru mit-8.30am ’il quddiem sa jsir it-tindif u l-armar tal-Knisja għall-Milied. Kull għajnuna tkun apprezzata aħna u nħejju għall-milied.

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Diċembru fid-9.30am issir id-dimostrazzjoni bil-bambin Tluq miċ-ċentru parrokkjali, mal-wasla fil-Knisja tibda l-quddiesa tal-10.00am u wara jingħata rigal lit-tfal kollha preżenti.

Fl-24 ta’ Diċembru ma ssir il-quddiesa tas-6.15pm. Filgħaxija l-Knisja tiftaħ fl-10.30pm. Fil-11.00pm tibda l-velja mmexxija mill-grupp taż-żgħażagħ u ssir il-prietka tradizzjonali.

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Diċembru f’nofsillejl tibda l-Quddiesa Solenni tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-quddies fil-jum tal-Milied ikun f’12.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm.

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fis-6.00pm sa ssir it-tifkira tal-presepju li San Franġisk għamel għall-ewwel darba 800 sena ilu billi aħna wkoll nerġgħu nagħmlu l-esperjenza ta’ Greccio. Id-dettalji jingħataw fil-jiem li ġejjn.