Avviżi – 9 ta’ Mejju 2021

Minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Mejju jerġgħu jibdew jiltaqgħu l-għaqdiet fil-parroċċa.

  • Nhar it-Tlieta fid-9am jiltaqa’ l-Leġjun ta’ Marija u
  • Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm jiltaqgħu l-adolexxenti u ż-żgħażagħ.
  • Il-katekeżi tat-tfal issir skont kif indikat mill-katekisti.

Għandhom jitħarsu dejjem id-direttivi li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa.

F’dan iż-żmien tas-sena hija drawwa li jsir it-tindif tal-partijiet tal-knisja li ma jitnaddfux kull ġimgħa. Biex dan ikun jista’ jsir hija meħtieġa l-għajnuna ta’ aktar nies u għalhekk nitolbu lil dawk li jistgħu jagħtu xi ftit għajnuna biex jiġu nhar ta’ Tnejn wara t-8am.

Nhar is-Sibt 22 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Festa sa torganizza Burger Delivery Night. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju.

Avviżi 25 ta’ April 2021

Illum l-aħħar Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra speċjali għall-knisja u l-parroċċa. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Illum huwa Jum il-Vokazzjonijiet. Nitolbu b’mod speċjali biex il-Mulej ikompli jsejjaħ aktar żgħażagħ għall-ħajja kkonsagrata għas-servizz tal-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ April sa jkun Ordnat saċerdot P. Etienne Gilson, Franġiskan Konventwali. Din l-ordinazzjoni sa ssir fil-Knisja tax-Xewkija Għawdex u tistgħu ssegwuha fuq l-istazzjon Xejk. Dakinhar il-knisja ma tiftaħx filgħaxija.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Mejju, wara l-quddiesa tal-10am nistiednu lill-ġenituri ta’ dawk it-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina biex jibqgħu fil-knisja biex jingħataw xi tagħrif dwar il-preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina.

Mill-Ħadd 18 ta’ April 2021

Dawk il-persuni morda u anzjani li ma joħorġux minn djarhom u li ilhom aktar minn ħmistax-il jum li ħadu t-tieni doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 jistgħu jerġgħu jibdew jitqarbnu fi djarhom. Għalhekk nitolbukom tinfurmawna jekk tafu b’xi ħadd li jixtieq jirċievi t-tqarbin u mistax joħroġ.

Għalkemm il-laqgħat ta’ katekeżi sa jibqgħu jsiru online sakemm jingħata avviż ieħor, inħeġġu lit-tfal kollha flimkien mal-familji tagħhom biex jieħdu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd fl-10am. It-tfal għandhom iħallu isimhom mal-ushers ħdejn il-bieb tal-knisja biex tkun tista’ tinżamm l-attendenza.

Infakkru li m’għandniex ninġabru fi gruppi ta’ aktar minn żewġ persuni fuq iz-zuntier u li kif tispiċċa l-quddiesa min ma jkunx sa jibqa’ jitlob fis-skiet f’postu għandu joħroġ minnufih mill-Knisja.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li matul dan iż-żmien diffiċli kienu ta’ għajnuna u sostenn għall-parroċċa u l-komunità tal-patrijiet.