Avviżi – 12 ta’ Diċembru 2021

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Diċembru tibda n-novena tal-Milied fil-quddiesa tas-6.15pm. Fil-jiem li m’hemmx ċelebrazzjonijiet oħra indikati fil-programm sa jintwera filmat qasir wara l-quddiesa.

Nhar l-Erbgħa fis-6.45pm nisimgħu u nifhmu l-Kelma ta’ Alla fiċ-ċelebrazzjoni tal-Lectio Divina.

Nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru mis-St. Monica Vocal Ensamble fil-Knisja fis-7.15pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi għal dan il-kunċert biex permezz tal-mużika nidħlu fl-ispirtu tal-Milied.

Qed issir lotterija b’rigali sbieħ tal-Milied. Tistgħu takkwistaw il-biljetti intom u ħerġin mill-Knisja.

Id-dħul fil-Knisja għall-quddiesa ta’ Nofsillejl tal-Milied sa jkun bil-biljett biex min jixtieq jiġi jkun jaf li sa jsib post fil-Knisja. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jitolbu biljett lill-patrijiet. Jekk xi ħadd ikun ħa biljett u ma jkunx sa jiġi għandu javża biex dak il-post ikun jista’ jingħata lil ħaddieħor.

Avviżi – 21 ta’ Novembru 2021

Kull nhar ta’ Erbgħa fis-6.45pm sa terġa’ tibda ssir Lectio Divina (Flimkien naqraw, nifhmu u nitolbu bil-Kelma ta’ Alla). Tkun ħaġa sabiħa matul iż-żmien tal-Avvent li sa nibdew nilqgħu b’mod speċjali l-Kelma ta’ Alla aħna u nistennew il-miġja ta’ Ġesù.

Kull nhar ta’ Ħamis fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru fid-9.00am issir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fid-Dar Parrokkjali.

Nhar il-Ħadd li ġej 28 ta’ Novembru nibdew iż-żmien tal-Avvent li huwa żmien ta’ stennija fil-ferħ tal-miġja ta’ Ġesù. Matul dan iż-żmien kull nhar ta’ Sibt filgħaxija nitolbu l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija) wara l-quddiesa tas-6.15pm. Fil-quddiesa tal-10.00am issir il-mixgħela tal-girlanda tal-Avvent.

Avviżi – 7 ta’ Novembru 2021

Il-Ħadd, 7 ta’ Novembru 2021, fl-4.00pm issir quddiesa fiċ-ċimiterju. F’każ ta’ maltemp il-quddiesa ssir fil-Knisja ta’ San Pawl il-Baħar. Fil-parroċċa tagħna l-quddies ikun fil-ħin tas-soltu.

Matul ix-xahar ta’ Novembru il-quddiesa tal-Ġimgħa filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin li tistgħu tħallu isimhom fuq il-formola li ssibu ħdejn il-bieb tal-Knisja.

Mis-7 ta’ Novembru reġa’ beda jkun stampat il-fuljett Jum il-Mulej. Tistgħu tieħdu kopja minn ħdejn il-bieb tal-Knisja bħala għajnuna għar-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla fi djarna.

Nistiednu t-tfal u żgħażagħ jingħaqdu mal-kor li sa jkun iffurmat biex ikanta fil-festi tal-Milied. Biex ikun aktar faċli jieħdu sehem il-provi sa jsiru għal ftit ħin wara l-quddiesa tal-10.00am ta’ nhar ta’ Ħadd.

(Fil-quddiesa tal-10am tal-Ħadd: Niċċelebraw id-don tal-ħajja ta’ dawk li jagħlqu sninhom fix-xahar ta’ Novembru)

Il-Kummissjoni Festa sa torganizza Burger Delivery fl-20 ta’ Novembru 2021 b’risq il-Festa. Għandu jsir il-booking minn qabel mal-membri tal-Kummissjoni.