PAĠNA TFAL | PARROĊĊA BURMARRAD

 

 

Programm SkolaSajf 2017 - Burmarrad (aġġornat 7/8/2017)

Artkli f'din il-Paġna.

L-Irwiegel 2011-
Webmaster

Marshmallow Cake -
Justine Decelis

Il-Qattusa Tiegħi -
Aidan de Carlo

Kif Tagħmel Parċmina -
Emma Fenech

Il-Ġnien Tiegħi -
Charlene Grech

Is-Servizz tal-Abbatini -
Fabian Camilleri

Min Huma l-Abbatini -
Josef Grech

Il-Poni Tiegħi -
Miguel Debattista

Hannah Montana -
Justine Decelis

Il-Brimb -
Justine Borg Bonaci

"Kont Taf... Il-Qtates -
Justine Decelis

Artikli Edukattivi
għat-Tfal minn
Marie Claire Sammut

Jum il-Ħadd

Kuraġġ Fina Nfusna

L-Istudenti Ideali

Il-Ġlieda bejn it-Tajjeb
u l-Ħażin

Noli

Kastell tar-Ramel

mit-tfal għat-tfal

Kif intom tfal?

Huwa l-iskop ta' din il-paġna li tagħtikom l-opportunita' taqsmu l-interessi, il-gosti, il-passatempi u l-esperjenzi tagħkom ma' tfal oħra li jżuru dan is-sit elettroniku tal-parroċċa tagħna. Għalhekk tfal minn BURMARRAD u anke intom li m'intomx, ibagħtulna dak kollu li jinteressakom u li taħsbu li jista' jinteressa lil sħabkom biex hekk inkunu nistgħu naqsmu l-esperjenzi tagħna flimkien filwaqt li nwasslu messaġġi pożittivi lil dawk ta' madwarna.

Nisimgħu mingħandkom mela !!

MARSHMALLOW CAKE

Għeziez ħbieb
Illum ser ngħaddilkom riċetta ħafifa u sempliċi li tistgħu tagħmluha intom stess. Din hija addatata fi żmien tal-Milied għax hija tiġi forma ta' "LOG CAKE" imma b'differenza li hu magħmul mill-marshmallows! Din hija wahda mir-riċetti li għamilna waqt il-
laqgħat tal-preyouths li jsiru kull nhar ta' gimgħa fil-5pm. Dawn il-laqgħat li huma mmexxija mill-kappillan huma interessanti ħafna għax dejjem nagħmlu u nitgħallmu xi ħaġa differenti u nieħdu gost ħafna flimkien. Issa ser nagħtikom l-ingredjenti u l-metodu għal min jixtieq jippruvah, forsi min jaf tagħtu sorpriża lill-mama tagħkom !!

INGREDJENTI:
500g ġellewż nkaljat u mqatta' biċċiet
300g ċikkulata tat-tisjir
2 mgħaref butir
bajda mħabbta
3 pakketti marshmallows mqatta' bicciet
2 karti tal-ostji
foil biex tgerbeb
METODU:
Ħoll iċ-ċikkulata banju maria u l-butir. X'ħin jinħallu żid il-bajda mħabbta u ħawwad ftit. Niżżel minn fuq in-nar. Żid il- marshmallows u l-ġellewż mat-taħlita taċ-ċikkulata l-butir u l-bajda. Ħawwad kollox flimkien. Ifrex biċċa foil u poġġi l-ostji fuqha. Itfa' taħlita u gerbibha sewwa u agħmilha forma ta' log cake. Poġġi taħlita fil-fridge għal madwar tliet sigħat. Kif jkun lest qatta' slices u servih.
BUON APETIT!!!!!!!!!!! CAW TFAL
Justine Decelis

Il-Marshmellows
Il-cake lest biex jittiekel

Il-Qattusa Tiegħi

Il-qattusa tiegħi jisimha Tess. Tess hija qattusa tal-Madonna u għandha tliet kuluri; iswed, oranġjo u abjad. In-nanna tatni din il-qattusa bħala rigal f'għeluq żmieni. Kienet sabitha għand mekkanik u ġabitha d-dar għalija. Jien fraħt ħafna x'ħin rajta għax kont ili nixtieq qattusa u fl-aħħar qtajt xewqti.

Tess tħobb tilgħab ħafna għalhekk inħobbha l-qattusa tiegħi. Hi tħobb tistaħba u meta ngħaddu minn ħdejha toħroġ tiġri biex taqbdilna saqajna. L-iktar li tieħu pjaċir hu meta tgħaffġilha xi karta forma ta' ballun u malli twaddabhielha mal-art tkun qisha qed tilgħab futbol.

Jien ferħan ħafna bil-qattusa tiegħi għax iżżommli kumpanija u ddaħħaqni bl-affarijiet li tagħmel. Tess ferħana wkoll għax inħobbuha ħafna.

Aidan De Carlo

TESS - Il-Qattusa Tiegħi

Kif tagħmel PARĊMINA.

Dan li se taqraw huma l-istruzzjonijiet biex tagħmel kartolina tal-parċmina.

1. Ħu karta tal-parċmina li tkun qisha karta strazza bajda.
2. Imbagħad sib xi disinn li tista` ġġibu jew mill-kompjuter kif ukoll minn xi ktieb tal-parċmina.
3. Waħħal id-disinn mal-karta b`xi erba` paperclips u għaddi minn fuqu b`biro bajda.
4. Jekk ikun hemm bżonn tista’ titrejsja xi affarijiet darbtejn biex jiġu doppji.
5. Issa tkun tista` tagħtiha l-kulur bil-lapsijiet.
6. Kif tpenġiha minn quddiem imla wara kollu ċriki bil-kuluri tax-xema`.
7. Imbagħad ħu tissue, u agħmlilha ftit minn dak li tnaddaf iż-żraben il-bojod bih.
8. Ibda agħmel minnu mal-karta biex il-kuluri jiċċaraw u tiġi sabiħa ħafna!
9. Fl-aħħar aqta` b`għodda qishom labar biex jinqatgħu puliti.
10. Il-pass finali hu li titwi l-kartolina u ddaħħal kartonċina kkulurita fejn tikteb.

Issa lesta biex tkun mogħtija lil xi ħbieb jew qrabat.

Emma Fenech
Il-Labar li nuża biex nagħmel parċmina.
Il-Parċmina Lesta.

IL-ĠNIEN TIEGĦI

Kemm nixtieq kelli
daqsxejn ta’ ġnien,
biex nimlieh fjuri,
ma’ kullimkien.

Nizra’ ftit qronfol
u ġizimin,
ward tax-xemx isfar,
u xi peprin.

Charlene Grech

Is-Servizz tal-Abbatini

Kull nhar ta’ Sibt, il-kapillan jagħmel laqgħa ghall-abbatini kollha ta’ Burmarrad mit-3:30p.m. sal-5:30p.m. Il-laqgħa ssir ġo kamra fil-kunvent u wara jkun hemm logħob gol-bitha tal-istess kunvent.
Il-laqgħa ddum nofs siegħa u ħafna drabi nibdew billi naqraw l-Evanġelju tal-Ħadd. Wara l-kappillan isaqsina xi mistoqsijiet fuq l-Evanġelju u jispjega xi affarijjiet tqal. Ġieli nitkellmu fuq xi suġġetti oħra bħall-kmandamenti jew is-sagramenti.
Xi drabi oħra ngħinuh f'xi affarijiet bħal ngħidu aħna nġorru xi affarijiet fil-knisja jew inqassmu xi rivisti tal-knisja. Xi kultant aħna l-kbar ngħinu liż-żgħar kif jagħmlu ċ-ċensier, l-akkolti, it-torċi u xi affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mas-servzz tal-abbatini. Ġieli nagħmlu mument ta’ qrar.
Wara jkollna ħin għal-logħob. Ħafna drabi nilagħbu futbol u l-kapillan xi drabi jilgħab magħna, jew nilagħbu wkoll ħarba (prisoners).
Dan l-aħħar bdejna nilagħbu l-boċċi wkoll. Wara li jgħaddi naqra aktar minn nofs il-ħin, il-kappillan iġibilna xi ħaga x'nixorbu u x’nieklu u wara nibqgħu sal-5:30p.m.
Nixtieq nistieden lil dawk interessati biex jingħaqdu magħna u jibdew jattendu ghal-laqgha. B’hekk barra li niehdu pjacir, inkunu qed nagħtu s-servizz taghna fuq l-artal.

Fabian Camilleri

Min Huma l-Abbatini.

L-abbatini huma dawk li jgħinu liċ-ċelebrant fil-quddiesa. L-abbatini normalment ikunu subien għalkemm hawn xi parroċċi li jkollhom abbatini bniet ukoll. L-għan tal-abbatini hu li jipparteċipaw b’mod dirett fiċ-ċelebrzzjoni tal-quddiesa. Huwa unur għall-abbati li jkun daqtant qrib ta’ Ġesu` waqt il-qari tal-kelma t’Alla u kull darba li Ġesu jiġi fostna l-bnedmin fil-forma tal-Ewkaristija.
Grazzi Ġesu` li tajtna din il-grazzja u privileġġ.

Josef Grech
L-Abbatini jaghtu s-servizz
waqt il-Festa.
L-Abbatini waqt il-Purcissjoni
tal-Festa Qalb Ta' Marija
Purċissjoni fil-knisja

Il-Poni Tiegħi
1 Il-poni jiekol tiben u gwiez, u jixrob hafna ilma.
2 Il-poni tghidx kemm jaghqad meta jkollu l-guh.
3 Ghall-poni, s-sena taghna tigi erba’ snin tieghu.
4 Il-poni meta jkollu xi bicca njama hdejh, joqghod igerrimha.
5 Il-poni kwiet hafna fit-triq u jiehu gost meta nohorġuh jimxi barra
.

Miguel Debattista

Il-Poni Tiegħi
Għeziez tfal,

Illum ħa nkellimkom fuq xi ħaġa differenti imma interessanti wkoll. Ħa ngħidilkom fuq ċelebrita' li żgur tixtiequ tkunu tafu xi ftit dwarha. Żgur li ġieli smajtu fuq Hannah Montana  iżda kontu tafu li.......................................................

Hannah Montana huwa nnominat Emmy Award bħala serje tat-televiżjoni Amerikan u li kien ixxandar l-ewwel darba fl-24 ta' Marzu 2006 fuq Disney Channel. Dan is-serje għandu bħala protagonista tifla li tgħix ħajja doppja bħala studenta tas--sekondarja jisimha Miley Stewart (parti maħduma minn Miley Cyrus) fil-gurnata, u filgħaxija bħala kantanta tal-pop bl-isem Hannah Montana li taħbi l-identita tagħha fil-pubbliku.

It-tielet sensiela ta' Hannah Montana bdiet tinħadem fit-2 ta' Novembru 2008 u spiċċat f'Lulju 2009. Hannah Montana The Movie beda jintwera fic-ċinema fl-10 t'April 2009.

Issa ħa nitkellmu fuq Hannah Montana (bħala persuna). Bħala apparenza Hannah tilbes parrokka bjonda, allura hemm naqra differenza mis-smajra Miley, għalkemm Hannah tilbes ilbies stravagant u ġieli nuċċalijiet tax-xemx kbar. Fl-istorja ta' Hannah Montana, il-famuża parrokka bjonda kienet magħżula għal Miley minn Roxy (il-bodyguard ta' Hannah Montana). Miley Cyrus tgħid li t-tibdila ta' Hannah hija fuq disinn tal-parrina tagħha, il-famuza Dolly Parton. Fit-tielet sensiela l-apparenza tinbidel ftit. Il-parrokka hija iqsar u inqas lixxa u l-ilbies kif diġa għedt jinbidel ukoll.

Nispera li permezz ta' dan it-taghrif sirtu tafu aktar dwar din il-personalita' li tant hija popolari bħalissa magħna l-ġenerazzjoni żagħżugħa!!!

Justine Decelis
(Burmarrad)

Miley Cyrus
Hannah Montana u Atturi Oħra

Poster tal-Film
"Hannah Montana The Movie"

Il-Brimb

Preżentazzjoni dwar il-BRIMB minn Justine Borġ Bonaċi.

Ikklikkja hawn biex tara l-Preżentazzjoni.

jew

Iddawnlowdja l-preżentazzjoni. Format: PowerPoint

Spider

KONT TAF.............. Il-QTATES

GHEZIEZ HBIEB,

Forsi mhux l-ewwel darba li naraw qtates għaddejjin fit-toroq taghna, u min jaf kemm hawn qtates ohra fid-djar u fil-gonna taghna!
Permezz ta' din ir-rokna xtaqt naqsam maghkom ftit taghrif fuq l-animali. Illum kif forsi stajtu tindunaw ser nitkellmu fuq il-qtates.

Il-qtates tad-djar ghalkemm jistghu jkunu ta' razza differenti imma kollha gejjin minn speci wahda. FELIS CATUS kellhom relazzjoni twila mal- umani. L-Egizzjani tal-Qedem seta' kellhom l-ewwel qtates tad-djar madwar 4,000 sena ilu. Egizzjani ta' qabel kienu jaduraw qattusa mara bhala l-alla taghhom. Kulturi madwar id-dinja wara, addottaw qtates bhala l-kumpanija taghhom.

Id-denb tal-qattus jista' wkoll jghinhom biex jibbilancjaw sew. Haga interessanti hi li l-qtates jikkomunikaw billi jimmarkaw sigar jew ghamara bid-dwiefer taghhom. Il-qtates jhobbu hafna l-ikel li nhobbu ahna izda importanti li naghtuhom l-ikel addattat ghalihom. Ilsienhom huwa maghmul goff apposta biex ilaqqtu l-ikel,u biex inaddfu lilhom infushom bih. Il-vista t'ghajnejhom hija ahjar bil-lejl milli bin-nhar fil-fatt jaraw sitt darbiet iktar minna bil-lejl.

Qattusa ddum minn tnejn u sittin sa hamsa u sittin gurnata biex ikollha l-frieh taghha. Huma jwelldu minn tnejn sa sitt qtates. Il-hajja ta' qattus li jghix gewwa dar hija madwar sittax-il sena izda qattus li jigri barra jghix mhux aktar minn hames snin. Qattus ghandu mitejn u tletin ghadma.

Kont taf li qattus jorqod medja ta' sittax-il siegha kuljum?

Qabel ma tiddeciedi li jkollok qattus bhala pet tieghek trid ticcekkja jekk intix allergika ghalihom. Importanti wkoll li kull membru tal-familja ma jkunx allergiku ghalihom. Bhal kull pet iehor trid ukoll tkun lest li tiehu hsiebu sew. Zgur ma tistax thalli qattus wahdu gurnata shiha ghax zgur ma jkunx qattus kuntent.

B'din l-informazzjoni naraw u nitghallmu dwar il-perfezzjoni ta' ALLA u kemm halaq kollox ezatt u ghalhekk iridu nhobbu u nirrispettaw mhux biss lil xulxin izda anke l-animali li hawn madwarna !

CAJTA: X ' INHU L-FILM FAVORIT TAL- QTATES?
THE SOUND OF MEWSIC !!!!!!!!

Caw

Justine Decelis (Burmarrad)

Qtates kuntenti fid-dar
Statwa Eġizzjana ta' Qattus
Statwa ta' Qattus minn
Żmien l-Eġizzjani
Qattus Eġizzjan
Qattus Eġizzjan

GĦAT-TFAL

Quddiesa kull nhar ta' Erbgħa fid-19.00

Gruppi:

Abbatini

Pre-Youths

Ikkuntattjawna

Children/tfal