Parroċċa Burmarrad

MUSEUM

line decor
line decorHome:
San Gorg
Aħbarijiet u avviżi dwar id-duttrina fil-qasam ta' Burmarrad.  

PROGRAMM TAL-KATEKEŻI TAT-TFAL 2015-2016

Għeżież ġenituri ,
Infakkrukom fid-dmir tagħkom, li wara li intom ressaqtu lil uliedkom għas-Sagrament tal-Magħmudija, tkomplu tgħinuhom jgħixu l-Magħmudija tagħhom. Dan permezz li tibgħatu lit-tfal għall-lezzjoni tal-katekiżmu, u dan b’mod regolari u fil-ħin. Il-lezzjoni tal-katekiżmu ma hix biżżejjed biex tagħmel mit-tfal ċittadini onesti li jagħmlu unur lilkom u lil pajjiżna. Aħna l-katekisti ngħinukom, imma r-responsabbilta’ hija tagħkom billi tipprovdu ambjent nisrani fid-dar.

ĠRANET TAD-DUTTRINA FIL-MUSEUM

Nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis ikollhom il-lezzjoni dawk li se jkunu Yr. 6
Nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa t-tfal li se jkunu Yr.2, Yr.3, Yr.4 u Yr. 5.
Nhar ta’ Ġimgħa jkollhom il-lezzjoni t-tfal li se jkunu Yr. 1

AVVIŻI

Ħin: Fl-1 ta’ Ottubru nibdew mill-5.30pm sas-6.15pm. Malli jinqaleb il-ħin il-lezzjoni tkun mill 4.30pm sal-5.15pm
Il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru fil-5.30pm nagħtu bidu għal-lezzjonijiet.
Form 1 jibdew it-Tlieta, 6 ta’ Ottubru fil-5.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali

N.B. Il-ġenituri li t-tifel/tifla tagħhom se jibdew jattendu f’dan il-Museum għall-ewwel darba huma mitluba li jġibu l-karta tal-Magħmudija tat-tifel/tifla u jimlew id-dettalji fil-formola li ssibu mal-Programm Sena Kataketika 2015 - 2016 u li tistgħu tniżżlu minn hawn taħt.

Programm Sena Kataketika 2015 - 2016: Ikklikkja hawn biex tniżżel kopja.

 

L-Istorja
tal-Qasam ta' Burmarrad
(Ikklikkja)